Filmat: “Kull marda ġġorr ċertu stigma” – Felix Busuttil

Read in English.

Meta tkellem ma’ Newsbook.com.mt, Felix Busuttil spjega li hu u r-raġel tiegħu Daron bħalissa jinsabu fi kwarantina d-dar, flimkien mal-klieb tagħhom. It-tnejn għandhom sintomi simili, iżda differenti li, jgħid Felix, ivarjaw minn jum għal jum.

“Huwa importanti li nieħdu bis-serjetà dan il-virus”, huwa qal. “Tgħixx fil-biża’ imma trid tkun kawt. Dan huwa l-motto tiegħi. Minħabba li meta tgħix fil-biża’ toħloq kwistjonijiet oħra, kwistjonijiet mentali … u li jistgħu jieħdu f’idejhom aspetti oħra ta’ ħajjithom u mhux sewwa. Allura l-kawtela hija importanti ħafna,” kompla jgħid.

“Irridu noħolqu bilanċ ta’ għixien sabiex inkunu nistgħu nħallsu l-kontijiet tagħna imma nieħdu ħsieb ukoll saħħitna.”

Matul l-intervista, Felix jirrakkomanda wkoll għall-ilbies tal-maskra, il-ħasil tal-idejn u d-distanza soċjali.

Huwa jitkellem ukoll dwar l-istigma li din il-marda, bħal mard ieħor, iġġorr magħha.

Tista’ tara silta tal-verżjoni bil-Malti tal-intervista hawn fuq fil-bidu tal-paġna.

Intervista u muntaġġ: Coryse Borg.