Filmat: “Kull kritika li nirċievu għandha valur” – Fr Ġiovann

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġiovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta’ newsbook.com.mt

Il-qari tal-ġurnata

F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal:

“Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,

l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet!

Jien inqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu

u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.