Filmat: Kulħadd jista’ jkollu kont bankarju anke jekk bla dar – MFSA

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) nediet kampanja informattiva dwar kif wieħed jista‘ jiftaħ kont bankarju bażiku personali u spjegat kif wieħed jista’ jkollu kont bażiku.

L-MFSA qalet li persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom, persuni li qed iffitxu l-ażil u refuġjati xorta jistgħu japplikaw għall-kont bankarju però jkollhom jgħaddu mill-proċeduri tad-due diligence, skont il-liġi Maltija u dik Ewropea.

Il-karatteristiċi tal-kont bankarju bażiku jippermetti li wieħed jiddepożita l-flus, jiġbed il-flus kontanti mill-fergħat tal-banek kemm lokali u kif ukoll fl-Istati oħra tal-Unjoni Ewropea. Wieħed jista’ jħallas permezz ta’ direct debits fl-Unjoni Ewropea u jagħmel ħlasijiet b’karta tad-debitu, inklużi ħlasijiet onlajn. Jista’ wkoll jirċievi u jordna trasferimenti ta’ kreditu u jagħmel ukoll standing orders.

Il-banek jistgħu jirrifjutaw li jiftħu kontijiet bażiċi jekk isir jaf li wieħed għandu kontijiet simili ma’ xi bank ieħor li jinsab Malta, jekk wieħed ma jissodisfax il-kontrolli tad-due diligence skont il-liġi u jekk wieħed ma jurix interess ġenwin fil-ftuħ tal-kont.

Wara li jirċievi l-applikazzjoni biex jinfetaħ il-kont, il-bank huwa obbliġat li jaċċetta jew jirrifjuta sa mhux aktar minn għaxart ijiem ta’ negozju minn meta jirċievi l-applikazzjoni kompluta.

Il-bank jista’ jagħlaq il-kontiijiet bażiċi jekk il-kont ikun intenzjonat li jintuża għal skopijiet illegali jew jekk il-konsumatur ikun ipprovda informazzjoni mhux korretta meta applika għall-kont u l-applikazzjoni kienet tiġi rrifjutatha li kienu l-informazzjoni kienet korretta.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jingħat email fuq bpa@mfsa.com.mt jew jikkuntattja lit-Taqsima tal-Komunikazzjoni tal-MFSA fuq il-freephone 80074924 jew 25485700. Wieħed jista’ jżur il-fergħa tal-bank preferuta jew il-website tal-bank.