Filmat: Kulħadd huwa mistieden!

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Andre Penza.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skond San Luqa

“Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Imma lkoll bdew isibu xi skuża u ma marrux. Is-sinjur, b’korla fuqu, qal lill-qaddej tiegħu: “Ħaffef, oħroġ fil-pjazez u t-triqat tal-belt, u daħħal hawn il-foqra u l-magħtuba u l-għomja u z-zopop”. Il-qaddej imbagħad qallu: “Sar kif ordnajt int, sinjur, u għad hemm il-wisa’”. Qal is-sid lill-qaddej: “Oħroġ fil-mogħdijiet u fl-għelieqi, u ġiegħel in-nies tidħol, ħalli dari timtela.Għax kif ngħidilkom jien, ebda wieħed minn dawk li kienu mistiedna ma jduq l-ikel tiegħi”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.