Filmat: “Ksaħt malli smajt il-kliem tal-kanzunetta” – Petra

Sibtek li jmiss titilfux 💙

Posted by Sibtek on Tuesday, March 10, 2020

Ryan Borg u Josmar illum se jippreżentaw edizzjoni oħra tal-programm Sibtek fuq TVM fis-12.45pm fejn se jitwasslu ħafna aktar stejjer u b’format differenti mis-soltu.

Niltaqghu mat-tribute artist Malti ta’ Elvis Presley li rebaħ konkors prestiġjuż barra minn Malta u rrappreżenta lil Malta f’bosta kompetizzjonijiet oħra u dejjem kiseb riżultati tajbin ħafna. Iżda dan l-aħħar li kkompeta f’konkors internazzjonali kellu sitwazzjoni kerha hekk kif kellu mewt fil-familja.

Niltaqghu mal-koppja Glenn u Kurt u l-preparamenti tat-tieġ tagħhom.

L-istorja ta’ Vasco il-kelb li kien mormi u sab familja.

Nltaqghu ma’ Petra u Claude li se jitkellmu u jinterpreraw il-kanzunetta gdid “Riflessjoni” li titratta każ ta’ vjolenza domestika.

Ma jonqsux il-mużika, logħob u spettaklu u tgħid it-tim ta’ żgħażagħ residenti x’mistoqsijiet għandhom għal dawk kollha li se jkun intervistati waqt Sibtek tal-lum?