Filmat: Kor virtwali lokali biex iwennes lin-nies

EnKor reġgħu lura bil-verżjoni tagħhom ta’ Bridge Over Troubled Water ta’ Simon u Garfunkel.  Il-messaġġ minn din il-kanzunetta mill-kor virtwali  joħroġ mill-filmat tal-kor Lean on Me. 

“Aħna għażilna Bridge Over Troubled Water bit-tama li l-lirika tipprovdi xi tip ta’ serħan għal dawk li għandhom bżonnha f’dawn iż-żminijiet diffiċli u wkoll biex infakkru lin-nies li mhumiex waħedhom,” qal kelliem għal EnKor lil Newsbook.com.mt.

“Sakemm Covid ikun hemm, qed nippjanaw li nibqgħu nipproduċu dawn il-biċċiet virtwali biex niżguraw li l-kor jibqa’ b’saħħtu u magħqud bħall-familja li hu, u nibqgħu nipprovdu mużika sabiħa lill-komunità,” kompla jgħid il-kelliem għal EnKor.

Jekk tħobb tkanta u tkun interessat li tingħaqad ma’ kor divertenti, EnKor bħalissa qed iddaħħal membri ġodda. Ibgħat email fuq info@enkorchoir.org jew tibgħatilhom messaġġ fuq Facebook.