Filmat: Kor ta’ tfal ikantaw flimkien minn ġewwa darhom

Meeting for our usual weekly rehearsal is not possible right now, but that did not stop this amazing group of children from singing together! I could not be prouder, and cannot wait to meet them all again ❤️A special thanks and a big well done goes to my brother Simon, who managed to put this video together!Hope you enjoy our (virtual) Kor Ulied il-Battista! 🎶

Posted by Amy Rapa on Sunday, March 22, 2020

Dawn li qed taraw fil-filmat huma t-tfal tal-kor Ulied il-Battista mill-Parrocca tax-Xewkija! Bħalissa suppost għaddejjin bil-preparamenti u ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u għall-festa f’Ġunju.

Però fiċ-ċirkostanzi preżenti ma setgħux jiltaqgħu. Dan il-fatt ma waqqafhomx milli jkantaw flimkien kollha mid-djar taghhom. Tajjeb li ngħidu li magħhom fil-vidjow qed tifla li toqgħod fin-Netherlands.

It-tfal tal-kor bagħtu l-vidjow mid-dar tagħhom biex imbagħad Simon Rapa, tifel ta’ 15-il sena, ħa ħsieb il-muntaġġ.

Kif jidher fil-filmat it-tfal ħadu ħafna gost hekk kif xtaqu li bl-inizjattiva tagħhom iwasslu sinjal ta’ tama li xi darba nistgħu nerġgħu niltaqgħu kollha flimkien.