Filmat: Kontu timmaġinawha din il-verżjoni ta’ Seventh Wonder?

Waqt X Factor kultant trid tistenna minn kollox imma ċertament li ħadd ma kien qed jistenna li kien se jkun hemm xi parteċipant li kien se jasal jagħti prestazzjoni bil-kanzunetta Seventh Wonder.

B’daqsxejn immaġinazzjoni u kreattività kollox jista’ jiġri u Giovanni għal darb’oħra lagħab karta oħra u wassal il-verżjoni tal-kanzunetta ta’ Ira.

“Inkredibbli. Ma nistgħux ninsewk. Din raġuni biżżejjed biex tieħu siġġu,” ikkummentat Ira.

Giovanni reġa’ għamilha u sab postu fuq wieħed mis-siġġijiet tal-lejla.

Bla dubju li din il-prestazzjoni ta’ Giovanni se tkun waħda mill-clips l-aktar popolari fuq il-midja soċjali f’dawn il-ġranet.

U biex inġeddu ftit il-memorji, inmorru lura sal-2002: