Filmat: “Kont qed nibża’ minn Howard” – Destiny

Għalkemm Destiny kellha żewġ esperjenzi kbar f’ħajjitha permezz tal-Junior Eurovision Song Contest u Britain’s Got Talent, hi tammetti li kienet qed tibża’ minn Howard.

“Howard jgħidilek kif inhi. Jekk ma togħġbux, jekk tagħmel xi ħaġa ħażina se jgħidilek,” stqarret hi, waqt li żiedet li kienet kuntenta bil-kummenti li kein għamlilha.

“L-ewwel ġurnata kont aktar relaxed għax kienu ċerti minni pero mbagħad kien hemm il-Wall of Songs,” kompliet tirrakkonta Destiny li qalet li tant kienet eċċitata li lanqas taf jekk kienitx ġriet biex taqbad l-isem tal-kanzunetta li kienet se tkanta quddiem il-ġurija.  

Destiny qalet li fiċ-Chair Challenge ma rieditx tkun flok Ira fil-mument fejn kellha tara lil min se taqla’ beix tagħti lilha siġġu, waqt li żiedet ukoll li “dakinhar lil Ira ħassejtha emozzjonata ħafna”.

Sa mill-bidu nett Destiny kienet stqarret li qed tħossha nervuża u dan il-fatt reġġgħet semmietu għax ma kienitx taf xi stil kienu qed jsitennu. Bezgħet li forsi xtaqu xi ġeneru aktar rock. Madanakollu hija issa għaddiet għall-fażi tal-live shows.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għal biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com