Filmat: “Kont pulizija tan-nies”

Joseph Mangion, pensjonat ta’ 62 sena, nissel tbissima fuq wiċċ l-erba’ membri tal-ġurija.

“Għandi x-xorti li napprezza l-ħajja u li nħobb in-nies,” iddikjara hu waqt li tkellem ukoll fuq l-esperjenza tiegħu bħala pulizija.

“Kont naqdi lil kulħadd. Kont pulizija tan-nies. Kont ngħin lil kulħadd,” irrakkont hu, filwaqt li semma’ li fil-Milied kien iħobb jixtri l-ħelu lit-tfal, li kienu jqabbluh ma’ Father Christmas.

Il-wirja tiegħu billi jagħmel sound effects tal-bombi tal-festi niżlet tajjeb ma’ Maxine u Sarah li qamu minn psothom biex jieħdu ritratt miegħu.

“Vera ħadt gost nidħak,” qalet Sarah. Is-simpatija ta’ Joseph kisbitlu l-erba “Iva” biex ikompli f’din il-kompetizzjoni.