Filmat: “Kont ngħid li miniex kapaċi biżżejjed” – Isiaiah

Isaiah Muscat, Għawdxi ta’ 21 sena fetaħ il-ħames programm tal-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Got Talent b’wirja ta’ żfin. Trabba fin-Nadur, Għawdex u huwa iben Maltija u Amerikan. Ta’ 15-il sena telaq lejn l-Ingilterra biex jitħarreġ aktar fil-qasam ta’ żfin. Kien ingħata scholarship u kompla jistudja.

Minkejja li dejjem kienu jaffaxxinawh il-programmi tal-Got Talent huwa qal li dejjem kien jgħid li ma kienx kapaċi biżżejjed jew għadu mhxu kunfidenti biżżejjed.

Iżda l-wirja tiegħu kienet mimlija kunfidenza u enerġija, tant li ż-żagħżugħ irnexxielu jimpressjona lill-erba’ membri tal-ġurija, tant li niżel minn fuq il-palk b’erba’ iva.

X’kompetizzjoni se jkun hemm bejn Isaiah u Yada on Heels fil-fażi li jmiss?