Filmat: “Kont naqra xettika għall-ewwel” – Celine f’X Factor

Keith Casaletto u Celine Agius interpretaw Don’t Go Breaking My Heart ta’ Elton John.

Celine tammetti li ħassitha xi ftit xettika li tinterpreta din il-kanzunetta li hija tqis għandha “stil naqra ċelebrattiv għaliha”.

Keith donnu mhux qed jikkonvinċi lill-erba’ membri tal-ġurija iżda l-prestazzjoni tiegħu llum kienet tajba. Għalhekk huwa għadu fiċ-ċans li jkompli fil-kompetizzjoni waqt li għal Celine l-vjaġġ se jkompli żgur.

“Għandek ton partikolari ħafna,” ikkummentat Ira Losco.

Celine, li konna rajniha fil-programm tal-ġimgħa l-oħra fejn qasmet l-esperjenza tagħha ta’ kif spiċċat vittma ta’ bbuljar fuq l-internet, saħqet li tapprezza li l-erba’ membri tal-ġurija qegħdin jaraw oltre minn kif tidher il-persuna.