Filmat: “Kont naf li se tiġri; Min se jerfa’ r-responsabbiltà?” – Ferris

Jonathan Ferris li huwa l-eks Uffiċjal tal-FIAU qal li kien jaf li xi darba l-Bank Pilatus se jiġi taħt skrutinju qawwi iżfa għadu ma jafx min se jieħu r-responsabbiltà.
Jgħid li “Kont naf li din se tiġri, ġurnata jew oħra. Il-kwistjoni hi min se jerfa’ r-responsabbiltà”.
Jelenka numru ta’ possibiltajiet li minnhom għandha tintrefa’ responsabbiltà fosthom mill-MFSA li tagħti l-liċenzja, mill-FIAU li tinvestiga l-compliance report ta’ banek ġodda, mill-Kummissarju tal-Pulizija li bħala l-ogħla uffiċċju fi ħdan il-Korp tal-Pulizija naqas milli jinvestiga, mill-Avukat Ġenerali jew mill-Ministru għall-Finanzi li taħtu jaqgħu l-MFSA u l-FIAU.
Illejla fis-7pm, grupp ta' attivisti se jkunu qed itennu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Fl-intervista ma’ Newsbook.com.mt, Jonathan Ferris baqa’ mistgħaġeb bir-risposta, jew aħjar in-nuqqas tagħha tal-Ministru Edward Scicluna meta dalgħodu kien mistoqsi dwar dan il-każ.
Jispjega wkoll kif it-triq biex huwa jakkwista l-istatus ta’ whistleblower hija diffiċ1li.
Jgħid li “mill-1 ta’ Diċembru, kull ostakklu anki mill-Ministeru għall-Ġustizzja biex jagħti l-whistleblower protection”, filwaqt li spjega li allaħares ma jkunx hawn riżenji, għax skont Ferris, “inkunu agħar mill-ġungla għax kulħadd get away with murder
Meta mistoqsi għar-reazzjoni tiegħu dwar l-arrest ta’ sid il-bank Pilatus mill-awtoritajiet Amerikani, Ferris qal li “r-reazzjoni la hija waħda ta’ rabja u lanqas sodisfazzjon iżda hija waħda ta’ dispjaċir”.
Saħaq li l-“bużżieqa” li ċertu nies kienu qed jippruvaw iħammġuh biha, qal li “nfaqgħet f’wiċċhom għax ġew ippruvati ħażin”.
Aqra iktar dwar l-iżviluppi fuq il-Bank Pilatus hawn:
L-MFSA ma tirrevokax il-liċenzja ta' Pilatus Bank; tkeċċi lis-sid

L-MFSA hija responsabbli għas-superviżjoni tal-banek lokali – ECB
"L-Amerikani ilhom jafu, aġixxew biss illum" – Il-PM
Pilatus Bank: Neħħu l-liċenzja llum – PN; il-PM m'għandux poter – PL
Filmat: Pilatus maqjel tal-kriminalità; pulizija jintlemħu fil-Bank – attivisti
X’qalu l-MPs dwar Pilatus Bank fil-Parlament?

Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta' sid il-bank?
Bdew jinvestigawh qabel ingħata l-liċenzja f’Malta
"Il-Maltin jiġru wara Efimova; l-Amerikani jarrestaw lil sid Pilatus" – ulied Daphne
Ritratti: “Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma” – sinjali quddiem il-Bank Pilatus u l-FIAU
Itennu għar-riżenja tal-Kummissarju llejla