Filmat: “Kont ċerta li se jiġu ħafna memorji sbieħ” – Danica Muscat

Anno 2010, quel genio di Roberto Cenci ideò un talent per ragazzini… a distanza di 10 anni in tempi di covid19,quei ragazzini un po' cresciuti lo ringraziano ricantando la sigla del programma. Un ringraziamento di cuore va anche a tutti gli autori, ai musicisti, ai talent scout e a chiunque abbia collaborato alla realizzazione di quel fantastico programma tv.

Posted by Daniele Indino on Monday, May 18, 2020

Read in English.

10 snin ilu, il-kantanta Danica Muscat kienet għadha żgħażugħa ta’ 15-il sena, b’numru ta’ parteċipazzjonijiet fil-Malta Junior Eurosong, fosthom bil-kanzunetta “Stolen” dwar il-ħtif misterjuż tat-tfajla ċkejkna Madeleine Mcann iżda fi ftit xhur kienet saret magħrufa bħala lkantanta parteċipanta fil-programm “Io Canto” fuq il-Canale 5.

Danica tgħid li Rita Signorino, l-għalliema tal-kant tagħha dak iż-żmien li ħeġġietha biex tagħmel l-ewwel pass wara li l-istess Rita stiednet talent scout bil-għan li jtella’ lil xi ħadd Malti. Intagħżlet lil Danica li telgħet quddiem id-direttur rinomat Robert Cenci bla ma taf titkellem Taljan. Hija kantat “My Heart Will Go On” u “In Assenza di Te” u ftit wara offrewlha kuntratt li ma setgħetx tirrifjuta.

Dan l-aħħar, 10 snin wara dan kollu, Danica rċeviet messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook mingħand missier Giada, waħda mill-parteċipanti tal-ewwel edizzjoni fejn xtaq li jerġgħu jirrekordjaw is-sigla ta’ “Io Canto”, f’okkażjoni tal-10 snin mill-parteċipazzjoni tagħhom.

Danica ma tantx damet taħsibha u tistqarr li “għidtlu iva, għaliex wara għaxar snin mingħajr ma niltaqgħu, kont ċerta li se jiġu lura ħafna memorji sbieħ! U hekk ġara, u li kieku tafu kemm inbdilna.”

Matul dawn l-10 snin li għaddew mill-esperjenza fil-programm Io Canto, il-ħajja ta’ Danica inbidlet ukoll. Hija saret omm għaċ-ċkejken Roen, li għalih kienet iddedikata l-kanzunetta “Close Your Eyes” li biha ħadet sehem fil-Malta Eurovision Song Contest kif ukoll ikklassifikat fit-tielet post fis-Summer Hit Song Contest bil-kanzunetta Amour kif ukoll ġiet fit-tieni post fl-edizzjoni tas-sena l-pħra tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Sfumaw.

Danica hija ukoll l-għalliema tal-vuċi ta’ Eliana Gomez Blanco li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ttella’ f’Novembru li għadda.