Filmat: Konrad Mizzi ma jiftakarx meta ltaqa’ l-aħħar ma’ sid 17 Black

Mizzi insista li hu jinsab seren

Read in English.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ma weġibx jekk hux se jirriżenja wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu ġie arrestat Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black u direttur tal-power station. Dr Mizzi qal li “ilu ftit’ ma jiltaqa’ ma’ Fenech, iżda ma jiftakarx meta ltaqa’ l-aħħar miegħu.

Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

Il-midja nġabret quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti l-Erbgħa waranofsinhar, tistaqsi lill-Membri Parlamentari tal-Gvern jekk fid-dawl tal-arrest ta’ Fenech, għandhomx jirriżenjaw il-Ministru Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Filmat: Assassinju Daphne: “Ma jidhirx li hemm politiċi involuti”

Aktar kmieni l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-partiti ż-żgħar u s-soċjetà ċivili appellaw lil Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbiltà politika u jieħu azzjoni.

Filmat: Erfa’ r-responsabbiltà politika – Delia lil Muscat

Ara l-kummenti dwar l-iżviluppi ta’ dalgħodu

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt fi triqtu għall-Parlament, il-Ministru stqarr li kien jiltaqa’ ħafna ma’ Fenech meta kien hemm il-proġett tal-power station, u li issa m’għadux involut fih. Żied jgħid li l-aħħar li ltaqa’ miegħu kien minħabba li Tumas Grupp għandu investimenti fil-qasam tal-ospitalità. “Ilni ftit ma niltaqa’ miegħu soċjalment, m’għandix kuntatt miegħu”, kompla jgħid Mizzi.

Konrad Mizzi saħaq li llum hi ġurnata fejn jidher ċar li l-istituzzjonijiet huma indipendenti u jaħdmu, u turija ta’ kemm il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex toħroġ il-verità. “Se nagħtu l-għodda kollha biex tirbaħ il-ġustizzja”, qal Mizzi filwaqt li insista li hu ma kellu u m’għandu l-ebda rabtiet ma’ 17 Black u li jinsab seren. Dwar jekk Keith Schembri għandux jirriżenja, Dr Mizzi qal li Schembri jwieġeb għalih innifsu, iżda li hu jemmen li ħadem bla heda għall-ġid tal-pajjiż.

Muscat jiċħad li qed jipproteġi uffiċjali għolja tal-Gvern

Qabel daħal il-Parlament, Joseph Muscat reġa’ tenna li dak li ġara llum juri li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu u ċaħad li qed jipproteġi uffiċjali għolja tal-Gvern li għandhom rabtiet ma’ Yorgen Fenech.

Iwieġbu aktar MPs