Filmat: Konrad Mizzi jikkummenta dwar il-bejgħ tal-isptarijiet

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li hu konvint li l-mudell ta’ Public Private Partnership bħal dak li ntuża fil-każ tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet f’Malta,  se jiġi addottat minn pajjiżi oħra madwar l-Ewropa u d-dinja.
F’filmat, li qed jdur bħala sponsored fuq Facebook, Mizzi qal li l-management transition saret u Steward Health Care uffiċjalment sar shareholder tal-isptarijiet.
Mizzi saħaq li n-nies se jibbenefikaw minn servizzi mill-aqwa permezz ta’ sptar ġdid f’Għawdex, sptar ta’ rijabilitazzjoni u l-iżvilupp mill-ġdid tal-Isptar Karen Grech. Huwa rrefera għal faċiltajiet mill-aqwa u bħala eżempju semma l-Iskola Medika ta’ Barts.
S’issa dwar dan il-bejgħ, il-Ministru għas-Saħħa ma kkummenta la fuq Facebook u lanqas Twitter.