Julia Balzan u Samira Cauchi huma Bloodline. Ukoll daħlu fil-kompetizzjoni bħala individwali u spiċċaw fi grupp. Inċidentalment meta kellhom l-audition, kienu fl-istess ġurnata… u f’Għawdex.
Din l-audition ta’ Julia:
U din l-audition ta’ Samira
“Kien pjaċevoli li nisma’ dik il-vuċi,” kien ikkummenta Ray u għal Julia kumment bħal dan ifisser ħafna.
Huma sostnew li l-mod kif il-Bootcamp kien organizzat għamilha faċli għall-gruppi li kienu għadhom kif ġew iffurmati biex isiru jafu aktar u jkunu aktar qrib ta’ xulxin.
Il-fażi tal-Judges Houses, l-aħħar waħda qabel il-live shows jiddeskrivuha bħala l-fażi fejn ġenwinament stressjaw irwieħhom.
Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għal biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com