Filmat: “Konna fil-kontejners li nqalbu bir-riħ”

Read in English.

Ir-residenti taċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far irnexxielhom joħorġu mingħajr ma weġġgħu wara li l-kontejners li jgħixu fihom inqelbu kawża tar-riħ qawwi mill-Majjistral li ħakem il-Gżejjer Maltin.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt spjegaw li żewġ kontejners inqelbu minħabba r-riħ. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien hemm ukoll persuni fil-kontejners fil-ħin li fih seħħ l-inċident, iżda dawn irnexxielhom joħorġu bl-eżatt.

Intant, raġel li tkellem ma’ Newsbook.com.mt qal li dan kollu seħħ kawża tar-riħ qawwi tal-lejl li għadda. Hu qal li serraħ moħħu xi ftit meta sar jaf li ħadd ma ndarab. Għaldaqstant sostna li l-kontejners mhux kapaċi jlaħħqu ma’ temp tat-tip.

“Konnha ta’ xorti tajba li ħadd ma ndarab,” qal ir-raġel lil Newsbook.com.mt. Hu stieden lill-Gvern sabiex imur fiċ-ċentru ta’ Ħal Far ħalli jara b’għajnejh stess dak kollu li qed jiġri.

Bħalissa l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riefnu li se tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Intant, kelliema għall-Ministeru għall-Intern qalet li r-residenti kienu diġà ġew evakwati mill-istaff qabel ma erba’ units ġew affettwati mir-riħ qawwi. Qalet li b’riżultat ta’ dan ħadd ma weġġa’ hekk kif ittieħdu miżuri preventivi. Spjegat li r-residenti ngħataw akkommodazzjoni oħra. Intant qalet li ttieħdu miżuri tas-sigurtà sabiex kontejners oħrajn li huma viċin ta’ dawk li waqgħu jiġu evakwati.