Filmat: “Kollox illużjoni”

Fl-episodju tal-lum tas-sensiela L-Għarusa se naraw lil Arturo jitkellem ma’ Tonin għax ma jafx x’ser jagħmel dwar Abela.

Lucrezia tmur tfittex lil Kalċ iżda ma ssibu mkien. Tgħid x’ġara minnu?

Franġisk u Marie qed jissusspetaw li kien xi ħadd min tal-familja li qatel lil Bettina.

Abela jitlob lil Tonin biex joħrog min ġol-passaġġi.

Domenico u Liberat isibuha ftit diffiċli biex jikkomunikaw flimkien imma l-imħabba tagħhom xorta tibqa’ tfur.

Karm u Fenech Lauri jibdew ukoll jinkwetaw fuq Abela.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ SharpShoot Media. Jixxandar fuq TVM fil-ħin tad-8.50pm.