Filmat: “Kollha kemm aħna niġu effettwati mill-midja soċjali” – F.A.I.T.H.

Huwa l-ikbar grupp f’din l-edizzjoni ta’ X Factor u qajmu wkoll ftit kontroversja wkoll. L-isem F.A.I.T.H ifisser Five in the House.

Il-ħames membri ta’ dan il-grupp jammettu wkoll li bħal ħafna żgħażagħ, huma effettwati mill-midja soċjaii.

Lil Ema jiddeskrivuha bħala waħda li temozjona ruħha malajr. Ara tiftakrux l-audition ta’ Ema:

U din ta’ Demi:

Maya Sesay kienet ukoll impressjonat:

U xi ngħidu għal Chanel Zarb?

Huma jgħidu li meta kienu għadhom erba’ keinu jqisu lilhom infushom bħala aħawa. Iżda meat ngħaqdet magħhom Maya u ġew ħamsa, bdew iqisu lilhom infushom bħala familja.

Huma ddeskrivew li mill-ewwel kien xtaqu lil Howard bħala il-mentor tagħhom. Iddeskrivewh bħala bniedem li għalkemm jinħass xi ftit aħrax, huwa peruna li jgħid il-verità u tassew professjonali.

Maya qalet li meta qalulha li se tkun fil-grupp magħhom ma setgħetx temmen għax kienet taħsibhom kompluti, u llum li qiegħda magħhom mhix qegħda tilmenta!

Kienu kuntenti li taw il-prestazzjoni tagħhom fil-Judges Houses quddiem Lil’ Eddie, persuna li ħadem ma’ 5th Harmony u huwa perusuna qrib Simon Cowell. Kienu konvinti li m’għaddewx peress li Howard tertqilhom qalbhom imma issa qed jippreparaw għal-live shows.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com