Filmat: Kif waslet f’din is-sitwazzjoni l-Air Malta?

Fid-dawl tan-negozjati li qed isiru fl-Air Malta f'dawn il-jiem, fosthom ir-ristrutturar identità tal-kumpanija u n-negozjati mall-ħaddiema, il-programm Follow Up ta' nhar il-Ġimgħa 12 ta' Jannar propju beda b'diskussjoni dwar il-futur, u l-preżent, tal-linja nazzjonali tal-ajru. Fl-istudjo mal-preżentaturi Norman Vella u Desmond Zammit Maramara, ingħaqad Clive Aquilina Spagnol li huwa espert fl-avjazzjoni. Huwa ħadem għal diversi snin ma' kumpaniji mondjali li għaddew minn ristrutturar estensiv. Se nistaqsu: kemm ilha ma tagħmel qliegħ l-Air Malta? Għalfejn sabet ruħha f'din is-sitwazzjoni? 
Segwi l-intervista hawn.