Filmat: Kif tista’ twaqqaf il-coronavirus?

Read in English.

Id-Dipartiment għall-Prevenzjoni tal-Mard nieda filmat li juri kif wieħed jista’ jiġġieled kontra l-coronavirus.

L-awtoritajiet għadhom jisħqu fuq l-importanza li wieħed jaħsel idejh sew.

Dalgħodu l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li sabu ħames każijiet ġodda tal-coronavirus. B’hekk s’issa f’Malta kien hawn 18-il każ pożittiv. 

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fuq Facebook li kienu qed jiżdiedu s-sodod f’Mater Dei.

‪#covid19 preparations at Mater Dei in full swing – increasing #ITU and #isolation beds. Proud of our professionals!‬

Posted by Chris Fearne on Saturday, March 14, 2020

Fearne ħabbar ukoll li se jkun hemm servizzi ta’ childcare għall-professjonisti tas-saħħa. Dan biex il-ġenituri li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkunu jistgħu jidħlu xogħol.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn