Filmat: Kif tista’ l-pjanta tad-Dar ta’ Gauci Fontana tgħin fl-investigazzjoni?

Is-16-il puntata mit-tieni u l-aħħar staġun ta’ L-Għarusa se jixandar illejla fid-8.50pm fuq TVM u minn informazzjoni li waslitilna mit-tim tal-produzzjoni, l-episodju tal-lejla se jkun qed jagħlaq b’mod mill-aktar interessanti u għandu jwassal biex l-aħħar tmien puntati li se jikkonkludu din l-istorja ta’ Audrey Brincat Dalli twieġeb ir-risposti li s-segwaċi ta’ din is-sensiela ilhom jistaqsu sa mill-bidu tas-sensiela.

Illejla se naraw ukoll lill-Barunessa terġa’ tiġi nterrogata minn Abela biex jara jekk hemmx xi informazzjoni oħra li tista tgħinhom fl-investigazzjoni. Agostino u ommu jaslu għall-festin ta’ Amelia.

Amelia tinduna li Bernard mhux qiegħed magħhom u l-ewwel ħaga li tistaqsi hi fejn dan jinsab.

Ritratt: Reno Rapa

Amelia toħrog tibki u jsiba Enrico u tibda tkellmu dwar is-sentimenti tagħha li mhumiex għal Agostino. Bernard jagħti sorpriża lil Amelia billi jmur il-festin biex jawguralha f’għeluq sninha.

Tasal il-ġurnata li Enrico u Carlotta jitilqu mid-dar Gauci Fontana u jerġgħu jmorru f’darhom.

Abela jirritorna fid-dar Gauci Fontana u jerġa’ jkellem lil Arturo għax skopra xi ħaga interessanti li kixfet il-Barunessa. Kif tistgħu taraw fil-filmat li jmiss, Abela jistaqsi għal pjanta tad-dar Gauci Fontana. Qabel jitlaq Abela jitolbu xi ħaga oħra lil Arturo.

Tgħid x’qed jitlob Abela?

U l-pjanti tad-dar kif jistgħu jgħinu fl-investigazzjoni?