Filmat: Kif tgħallem it-teknoloġija b’ritmu ta’ żfin

L-edukazzjoni ssir b’ħafna modi, u fi skola tat-teknoloġija f’Dallas fl-Istati Uniti għalliem għamel l-għalmu tiegħu biex juri li anke waqt il-ħin tal-iskola l-istudenti jistgħu jieħdu pjaċir.
Scot Pankey , għalliem tad-drama, flimkien ma’ grupp kbir ta’ student żifnu fil-kurituri tal-iskola mad-diska ‘Uptown Funk’ ta’ Mark Ronson u Bruno Mars.
Il-filmat inġibed f’daqqa, mingħajr waqfien, minn student miexi lura kontinwament.
Forsi skejjel oħra jistgħu jieħdu spunt u jagħmlu aktar żfin spontanju.