SharpShoot Media jkompli jiżvelaw aktar xeni mit-tieni staġun tas-sensiela ferm popolari L-Għarusa li se terġa’ lura mit-Tlieta 1 ta’ Ottubru.
Kif qed jagħmlu ta’ kull ġimgħa, SharpShoot Media qed jiżvelaw aktar xeni minn din is-sensiela li għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli.
AQRA: Filmat: Xi pjan għandu Kalċ għal Amelia f’L-Għarusa?
Tliet ġimgħat il-bogħod mill-puntati ‘l-ġodda, it-tim tal-produzzjoni llum żvela xena partikolari, dik li turi lil Diego u lil Bettina.
Nafu li l-imħabba li għandhom lejn xulxin hi waħda b’saħħitha, imma wara li nqabdu flimkien minn missier Bettina kif se tkun qed tiżvolġi r-relazzjoni tagħhom? Se jkomplu jiltaqgħu bil-moħbi? Jew din ir-relazzjoni se jkollha l-barka ta’ missier Bettina?
AQRA: Filmat: Sparatura fuq is-sett ta’ L-Għarusa
L-Għarusa għandha direzzjoni ta’ Justin Farrugia u Steven Dalli, u fl-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir irreġistrat l-akbar ammont ta’ udjenzi fil-gżejjer Maltin.
AQRA: Filmat: Sitt ġimgħat oħra jkompli L-Għarusa
Fost il-filmati li ġew żvelati dan l-aħħar, insibu wkoll dak tal-attur Reuben Micallef, fejn jitkellem dwar il-karattru li hu jinterpreta, dak ta’ Bernard.