Filmat: Kif se jirreaġixxu l-fattigi meta jisimgħu l-istejjer ta’ xulxin?

Kif se jeħodha Oliver meta jmur iżuru l-avukat Sciriha fil-home?

Mandy, Catherine u Francis, kollha għandhom x’jirrakkontaw: Mandy dwar li hi tqila u li rranġat ma’ Mark; Francis dwar id-date ma’ Bertu u Catherine dwar dak li qalilha n-nutar.

Imma meta jibdew jgħidu lil xulxin, x’tip ta’ reazzjoni se jkun hemm?

Kiki għadha tipprova tifhem x’qed jiġri u għaliex ġiet maħtufa, filwaqt li Martina, ma tiflaħx aktar.

Gregory fl-aħħar isir jaf ir-riżultat tad-DNA.

Dan hu dak li ġara fil-puntata li għaddiet

U hawnhekk tistgħu taraw aktar xeni mill-puntata li jmiss.

Fattigi jixxandar nhar ta’ Ħamis fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.