Filmat: Kif jgħixu bosta personalitajiet Maltin

L-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek se tkun qed tlaqqagħna ma’ ħafna personalitajiet hekk kif permezz ta’ filmati li ttieħdu qabel ma’ bdew jittieħdu l-prekawzzjonijiet tal-Covid-19, Josmar se jkun qed jidħol fid-djar ta’ ħafna artisti bħal ma huma kantanti, preżentaturi, atturi, sportivi u ħafna aktar fejn tista’ tara l-mod kif jgħixu, kif jarmaw id-dar, xi stil iħobbu u r-rikordji li ġemmgħu matul iż-żminijiet.

Josmar fid-dar ta’ Carlos Farrugia

Sibtek qed jibqa’ jixxandar nhar ta Sibt fuq TVM minn 12.45pm ‘il quddiem.

Jista’ jkun li l-programm jixxandar ftit aktar tard mill-ħin skedat minħabba f’xi konferenza ta’ aġġornamenti b’rabta mal-aħħar żviluppi tal-Covid-19.