Filmat: Kif għandek titkellem dwar il-mewt mat-tfal?

Fl-Għid tal-Imwiet l-awtur Trevor Zahra tkellem dwar ktieb ġdid għall-adulti.
Ma’ Newsbook.com.mt, Trevor qal li hu importanti li t-tfal jifhmu li l-mewt hi parti mill-ħajja.
L-awtur iddeskriva l-mewt bħala bidla, u li min miet ma sparixxiex għal dejjem iżda li b’dan il-mod pożittiv, it-tfal ikunu jistgħu jantiċipaw li għad jerġgħu jiltaqgħu mal-għeżież tagħhom.
Il-ktieb Vespri, spjega Trevor, jgħaqqad l-imħabba u l-mewt, li filwaqt li fih il-weġgħa hemm ukoll tama u li din għandha tiġi spjegata b’mod li jifhmuha t-tfal.
Temm jgħid li l-ferita trid iż-żmien biex tagħlaq, hekk kif il-firda hi iebsa u kulħadd jibqa’ uman.
Trevor Zahra kien mistieden fil-Kwiżż t'Għomru Qasir fuq RTK.