Filmat: Kif għandek tilbes maskra?

Read in English.

Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika saħqet dwar l-importanza li kulħadd jifhem li meta tilbes il-maskra tkun qed tipproteġi lill-persuni l-oħra, filwaqt li l-persuni l-oħra li jilbsu l-maskra jkunu qed jipproteġu lilek.

Sostniet li din hija importanti speċjalment issa li hemm ċertu nies li jkunu pożittivi imma ma jkollhom l-ebda sintomu. Insistiet li madanakollu dan ma jfissirx li għax wieħed jilbes il-maskra, ikun jista’ joqgħod qrib persuna oħra.

“Bħala regola, jekk wieħed joħroġ idejh dritta u jmiss lil ħaddieħor, allura qiegħed viċin wisq. Qiegħed fil-periklu, liebes maskra jew m’intix”, żiedet tgħid Dr Melillo.

X’nista’ nagħmel u x’ma nistax nagħmel bil-maskra:

  • M’għandekx tmiss il-faċċata tal-maskra: il-biċċa ta’ quddiem il-ħalq u l-imnieħer għax dik il-parti tista’ tkun ikkontaminata
  • Meta tinża’ l-maskra armiha mill-ewwel f’kontenitur tal-iskart jew poġġiha ġo borża, ħudha d-dar u jekk hi 100% tal-qoton aħsilha f’temperatura għolja ta’ 60 grad Celsius.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn