Filmat: Kif baqgħu Gaspare u Erminia?

Illejla fuq TVM se nkunu nistgħu nsegwu puntata oħra tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba fid-9pm.

Kif baqgħu Gaspare u Erminia? Fiex tidħol Lourdes f’dan kollu? X’ġaralu Gaspare u x’se tgħidilhom  Erminia? Katia u Bernardette se jitlewmu bil-kbir. Dwar xiex? Bernardette x’se tgħid fuq Karla u Salvatore? Matteo u Elena jiltaqgħu. X’se jgħidu dwar Sergio u dwar missierhom? X’se jiġri meta Sergio u Elena jaraw lill-xulxin? Għalfejn Bernardette se telqet tiġri biex tkellem lil missier Salvatore?

X’se jiġri xħin tasal wara l-bieb tiegħu? X’se tagħmel Katia? Lourdes titkellem ma’ Giacinto fuq dak li kien ġara bejn Gaspare u Erminia. X’se jgħidilha?

Illum niltaqgħu ma’ Federico. Min hu?

Conċetta tidħol fil-kamra ta’ Ġiuseppe u tisma’ xi  ħaġa. Għaliex se tirrabja? X’semgħet? Elena tgħid xi ħaġa lil Sergio li tfixklu.

Dan hu dak li ġara l-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.