Filmat: “Kienet iebsa ħafna” – Chantal

Sibtek Specjali li jmiss ma’ tistax titilfu ❤️

Posted by Sibtek on Wednesday, February 12, 2020

Waqt it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, Chantal Catania ġibdet l-ammirazzjoni ta’ ħafna. Illum se nkunu qed narawha waqt il-programm Sibtek li jixxandar fuq TVM. Hija se tirrakkonta kif tilfet lill-għarus ftit żmien qabel it-tieġ.

Illum waqt il-programm Sibtek niltaqgħu mal-imprenditur li rebaħ l-aħħar edizzjoni tal-premju nazzjonali Ħaddiem tas-Sena Ivan Calleja. Hu se jikxef is-sigriet ta’ kif irnexxa fil-ħajja. L-istorja tkompli għaliex Ivan Calleja tilef il-mara fi ftit xhur u l-familja tiegħu kienu ta’ sostenn.

Tiziana Calleja se tlaqqagħna ma’ Nala il-kelba li saret parti minn ħajjitha.

Kevin De Leonardo jitkellem fuq il-mumenti li jibki metà jsemmihom u fost ħafna aktar mistiedna, logħob u mużika niltaqgħu ma’ Celaine u Pierre Bugeja fejn se nsegwu l-istorja tagħhom.

Waqt The Box illum b’kumbinazzjoni jikkompetu żewġt iħbieb kbar li applikaw individwalment u mingħajr ma stennew wara ħafna snin ma jaraw il-xulxin spiċċaw fuq Sibtek.

Il-programm bħas-soltu jitmexxa minn Ryan Borg u Josmar u jixxandar fis-12.45pm fuq TVM.