Filmat: “Kienet hemm għalija anki meta kont se naqta’ qalbi” – Destiny

Fl-ewwel kummenti tagħha waqt li kienet fuq il-palk ta’ X Factor Malta ftit mumenti wara li ġiet iddikjarata bħala rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, Destiny Chukunyere rringrazzjat lil Ira Losco talli tul dan il-vjaġġ kienet hemm għaliha.

“Nirringrazzjak ta’ kemm kont hemm għalija matul dan il-vjaġġ anki meta kont se naqta’ qalbi,” bdiet biex tgħid.

Illejla Destiny rringrazzjat ukoll lill-pubbliku, lill-Maltin u l-Għawdxin kollu.

“Kontu nies tal-ġenn li wassaltuni s’hawn. Inħobbkom ħafna,” temmet tgħid Destiny, il-kantanta ta’ 17-il sena li issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej f’Rotterdam fin-Netherlands.

Malta se tkun qed tieħu sehem fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 12 ta’ Mejju.