Filmat: Kien imur jgħin f’ħanut biex ikun jista’ jaraha

L-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek se tkun edizzjoni differenti mis-soltu fejn se jkun kollu mimli koppji differenti li se jiltaqgħu flimkien fejn se jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom fosthom se niltaqgħu ma’ koppja anzjana, Louis u Antida, li għadhom iħossuhom żgħażagħ fl-ispirtu li minn dejjem kienu jiffansjaw lil xulxin saħansitra Louis kien imur jgħin f’ħanut li hemm biswit id-dar ta’ Antida sabiex ikun jista’ jaraha kuljum xħin toħroġ u xħin tidħol.

Din hi storja helwa li se jirrakkontaw għall-ewwel darba b’mod esklussiv waqt Sibtek. Ma jonqsux ħafna sfidi u logħob fuq l-imhabba u min se jirbaħ it-titlu tal-koppja tas-sena.

Sibtek ma’ Ryan Borg u Josmar illum fuq TVM fis-12.45pm