Rewind ACA bla dubju qajmu l-atmosfera waqt dan iċ-Chair Challenge tal-gruppi.
Mhux biss l-udjenza ħadet gost iżda wkoll l-erba’ membri tal-ġurija.
“Meta kellna din l-idea ma konnix ċerti jekk kienitx se taħdem,” lissen entużjast Ray Mercieca, waqt li Alexandra żiedet tgħid li kien il-mument li l-aktar li ħadet pjaċir waqt din is-serata.
Howard jirrimarka li wara dan il-programm hemm dar tad-diski, u minkejja l-għajjat tal-pubbliku, għażel li jġib fit-tmiem il-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-programm.
“Irridu aktar”.
“Ġibuhom lura!”
Dan uħud mill-għajjat tal-udjenza. U intom x’taħsbu?
Aqra wkoll:
Filmat: X Factor: Justin mhux iħossu komdu
Jekk ħadtu gost bil-wirja tagħhom, tistgħu ssegwuha mill-ġdid f’din il-paġna.