Filmat: Kien daqq ma’ Tommy Emmanuel fi Pjazza Teatru Rjal

Ta’ 20 sena Chris Tanti waqaf jaħdem minn xogħlijiet normali sabiex jiffoka fuq il-mużika biex ikun jista’ jaħdem f’dan il-qasam. Kien riskju li ħalla l-frott għax apparti li jaħdem f’dan il-qasam full time għal dawn l-aħħar ħames snin, irnexxielu jdoqq darbtejn mal-idolu tiegħu, il-kitarrist Awstraljan Tommy Emmanuel, darba f’Malta u darba fl-iSkożja.

Din hija l-wirja ta’ Chris ma’ Tommy Emmanuel ġewwa Pjazza Teatru Rjal f’Awwissu tal-2016.

Chris Tanti fil-wirja tiegħu uża teknika fejn b’id jagħmel l-akkumpanjament u bl-id l-oħra il-melodija. Kiseb l-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija b’Howard jikkummenta li jemmen li Chris kapaċi jagħmel aħjar.

Ray jissuġerixxi biex darb’oħra juża l-ħin kollu disponibbli għalih sabiex ikunu jistgħu igawdu aktar minn din il-mużika.