Filmat: Kieku ż-żwiemel jitkellmu…

Kieku ż-żwiemel jitkellmu, kull wieħed minnhom għandu storja x’jirrakkonta. Xejn inqas iż-żwiemel li jgħixu fis-Santwarju tas-Siġġiewi.
Il-pubbliku ser jerġa’ jkollu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ dawn iż-żwiemel waqt open day nhar il-Ħadd 9 ta’ April.
F’dan is-santwarju nsibu żwiemel bi ġrajjiet differenti. Min kien itellaq, min kien jilgħab il-hockey u min spiċċa abbandunat.
Il-kuntatt ma’ dawn l-annimali intelliġenti żgur li se jħalli marka fuq kull min iżurhom.
Waqt din l-open day ser ikun hemm diversi attivitajiet għall-familja. Is-Santwarju taż-Żwiemel fis-Siġġiewi jinsab qrib id-Dar tal-Providenza u jekk qed titħajjar tmur, żur il-paġna soċjali fuq Facebook: Malta Horse Sanctuary jew ċempel fuq dawn in-numri 99293242 jew 77019974 għal aktar informazzjoni.
Ritratti: Ian Noel Pace