Filmat: Kieku tgħum ma’ kelb il-baħar ipnotizzat?

B’differenza mal-biża’ li nħasset malli iktar kmieni din il-ġimgħa smajna li hemm xi kelb il-baħar immaġinarju fil-port ta’ Marsamxett, il-bugħaddas Michael Dornellas, mhux talli resaq viċin ta' kelb il-baħar, talli rnexxielu jippnotizzah għall-kwarta.
Fl-ibħra ta’ Jupiter, fi Florida, il-bugħaddas ippnotizza kelb il-baħar qabel ma neħħielu sunnar minn ħalqu.
F’dan il-pajjiż, ta’ sikwit is-sajjieda jistadu għall-klieb il-baħar qabel ma jerġgħu jitfgħuhom lura fil-baħar. Kawża t’hekk, ħafna mill-klieb il-baħar jinstabu b’xi sunnara f’ħalqhom.
Peress li ħafna mis-snanar għandhom tip ta’ taħlita ta’ azzar, idumu ma jissaddu u dawn jistgħu jitneħħew biss permezz ta’ intervent uman.
Dornellas stqarr li kawża ta' dawn is-snanar ġieli ra klieb il-baħar b’tiċrita fix-xedaq.
Il-filmat inġibed bil-għan li jgħallem lin-nies li dawn il-ħlejjaq tal-baħar m'għadhomx jibqgħu kkarterizzati bħala qattiela.
Il-bugħaddas ilu jgħum mal-klieb tal-baħar għal medda tas-snin u bħalissa qed jgħaddi ħinu jgħallem lin-nies dwarhom.
Filmat: Barcroft TV