Filmat: Kieku kont nirreżenja – Scicluna dwar Mizzi u l-Panama Papers

Read in English.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li kieku hu kien jirreżenja li kieku kien fil-pożizzjoni ta’ Konrad Mizzi meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers.

Newsbook.com.mt staqsa lil Scicluna jekk jaqbilx mad-Deputat PM Chris Fearne li Konrad Mizzi kellu jitkeċċa mill-Kabinet peress li ssemma’ fil-Panama Papers. Fearne se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni interna tal-PL li se tiddetermina wkoll min se jkun il-Prim Ministru ġdida ta’ Malta.

Scicluna wieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt wara konferenza tal-aħbarijiet li għamel dwar il-Baġit 2020. Scicluna qal li diġà kien spjega x’kienet il-pożizzjoni tiegħu dwar il-Panama Papers fil-parliament u f’laqgħat politiċi.

Scicluna qal li ma ried lill-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt jagħmel hijack tas-sessjoni tiegħu dwar il-Baġit billi jitkellem dwar il-Panama Papers. Żied jgħid li l-Panama Papers huwa suġġett important, imma li ma kienx is-suġġett tal-konferenza li sejjaħ.