Filmat: Kian jimpressjona udjenza internazzjonali

Fl-ewwel programm mill-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent bla dubju li Kian Schranz ta’ 11-il sena, akkumpanjat minn Lola u Anthony, ġibed is-simpatija bl-interpretazzjoni tal-kanzunetta Endless Love li oriġinarjament kienet maħruġa minn Lionel Ritchie u Diana Ross.

Din il-wirja issa spiċċat fuq il-paġna ta’ Got Talent Global li hija aċċessibbli minn aktar minn 11-il miljun persuna madwar id-dinja, u l-wirja ta’ Kian, Lola u Anthony f’dawn l-aħħar jumejn rawha aktar minn 204,000 darba minn fuq din il-paġna biss.

CUTENESS OVERLOAD as an unusual trio STUN THE JUDGES!

CUTENESS OVERLOAD ♥️♥️First act on Malta’s Got Talent is this fantastic trio.How many likes 👍👍 for Kian, Lola and Anthony?Full Clip on our Official Youtube Channel : https://youtu.be/AhPOOmc0OcgBrought to you by Bay Street Shopping Complex#MaltasGotTalent

Posted by Got Talent Global on Monday, October 5, 2020

Il-wirja sħiħa tista’ wkoll issegwiha minn hawn:

Malta’s Got Talent jirritona fuq TVM nhar il-Ħadd li ġej bir-raba’ programm mill-ewwel staġun li jixxandar fl-8.50pm.