Filmat: Kevin Spacey jiċħad l-akkużi ta’ abbuż sesswali

L-attur Amerikan Kevin Spacey xerred filmat fuq YouTube, fejn iwieġeb għall-akkużi li huwa abbuża sesswalment minn żagħżugħ f’Massachusetts.

Spacey għandu jidher il-Qorti fis-7 ta’ Jannar dwar dawn l-allegazzjonijiet li jmorru lura sa Lulju tal-2016.

Hu u jinterpreta l-parti tal-karattru popolari tiegħu fis-serje House of Cards, tal-President Frank Underwood, jiċħad l-akkużi u jappella lill-udjenza biex tifhem il-fatti qabel ma tispekula u temmen li tisma’.

L-allegat vittma huwa t-tifel ta’ Heather Unruh, li kien xandar tal-aħbarijiet fuq it-televixin. Il-vittma kellu 18-il sena meta allegament ġara l-każ.