Filmat: “Kemm nemmnu li l-maħfra tagħtina l-ħelsien?”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur.

Il-qari tal-ġurnata

Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”. Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”. Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? Għax x’inhu l-eħfef, tgħid: “Dnubietek maħfura”, jew tgħid: “Qum u imxi”? Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art”, qal lill-mifluġ: “Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek”. Dak qam u telaq lejn daru. In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.