Filmat: “Kellna tfulija sempliċi” – Lydia Abela

Sibtek tas-Sibt li ġej ser jkun programm speċjali u programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt fis- 13:15 fuq TVM

Posted by Sibtek on Monday, October 5, 2020

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sibtek, il-mistiedna prinċipali ta’ Ryan Borg u Josmar se tkun Dr Lydia Abela. Matul il-programm se niskopru affarijiet li ma konniex nafu rigward il-ħajja privata tagħha kif ukoll it-tfulija tagħha, u anke kif iltaqgħet mal-Prim Ministru.

B’mod esklussiv waqt Sibtek se nsegwu siltiet mit-tieġ tagħhom, it-trobbija tagħhom u nsiru nafu kif tqatta’ l-ġurnata tagħha, b’mod partikolari se niskopru ħafna mingħand ħutha li se jitkellmu dwar affarijiet li Dr Lydia Abela tħobb tagħmel.

Fost il-kurżitajiet li se jitwasslu waqt Sibtek insiru nafu kif kull avveniment tal-familja torganiżżah hi u anke dwar min kienet tħobb timita meta kienet għadha żgħira.

Illum waqt Sibtek  jitwasslu stejjer oħra ta’ diversi persuni fosthom minn biddel il-pjanijiet taż-żwieg kemm il-darba, min kien għall-vokazzjoni tal-kleru u ma baqax u hafna aktar.

Ikompli l-logħob ġewwa u barra l-istudjos bħal The Box, Moda Challenge u mużika, biex b’hekk is-Sibt ikun ukoll komplut.

Sibtek jixxandar fuq TVM fis-1.15pm.