Filmat: Kelba tissielet biex tibqa’ ħdejn il-qabar ta’ sidtha

Hekk kif mara ta’ 86 sena għaddiet għad-dinja l-oħra, ħalliet warajha kelba ta’ ħames snin b’qalbha maqsuma u ma tafx fejn se taqbad tagħti rasha.
Fil-filmat Deta tidher determinata li tibqa’ ħdejn il-qabar tal-mara li rabbietha u tirrifjuta li tmur lura ma’ bintha, Theresa Morini, li wirtet il-kelba wara l-mewt ta’ ommha.
Theresa ħadet lil Delta biex flimkien ipoġġu girlanda tal-Milied fuq il-qabar xahrejn minn mewtha, għaldaqstant, telqu minn hemm b’qalbhom maqsuma hekk kif raw ir-reazzjoni ta’ Delta.
Minkejja li għajtulha kemm-il darba, il-kelba ma riditx tisma’ u meta għamlet ftit passi lura lejn il-karozza dlonk reġgħet biddlet ħsiebha u marret lura ħdejn il-qabar.
Ir-raġel ta’ Theresa kellu jġorr lil Deta, li dehret li tilfet kull tama, lura fil-karozza.