Filmat: Kelba timxi l-mili kuljum biex titma’ lil sħabha

L-istorja tal-kelba Lilica abbandunata fil-Brażil misset il-qlub ta’ ħafna meta wriet id-devozzjoni tagħha lil sħaba, minkejja li tgħix fil-faqar.
Meta Lilica weldet iż-żgħar tagħha, ma kellix ikel xi ttihom, meta imbgħad sabet persuna li bdiet tagħtiha l-ikel.
Lucia bdiet tinduna, li ta’ kuljum, meta tagħti l-ikel lil Lilica, il-kelba ma kienitx tiekol, iżda tieħu l-basktijiet u titlaq.
Meta darba waħda marret timxi wara l-kelba, Lucia rat li l-kelba kienet qed taqsam l-ikel m’annimali oħra abbandunati.
Lilica u Lucia ilhom tliet snin jaħdmu flimkien biex jgħinu lill-annimali oħra.
Il-messaġġ ta’ Lucia hu li l-bniedem ma tantx jaqsam affarijiet mal-oħrajn, iżda li annimal jaqsam l-affarijiet tiegħu ma’ ħaddieħor għandha tkun ta’ tagħlima.