Filmat: Kelb jirbaħ l-applaws tal-udjenza waqt kunċert

Kelb tat-triq irnexxielu jirbaħ l-applaws tal-udjenza waqt kunċert mill-Vienna Chamber Orchestra fit-Turkija.
Il-kelb deher dieħel bil-mod għal fuq il-palk u jammira l-mużiċisti. Jista’ jkun li s-Sinfonija numru 4 ta’ Mendelssohn għoġbitu ħafna.
Fl-udjenza, min daħak u min ċapċaplu. U l-vjolinista akkwista ħabib ġdid meta l-kelb intefa’ bilqiegħda maġenbu.
Il-filmat tiegħu inġibed mal-erbat irjieħ b'uħud jixtiequ li jaddottawh.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=jwG_IjLGX9M]