Filmat: Kelb jipprova jsalva ħut mejjet

Xena mhux tas-soltu hekk kif kelb deher jidher jipprova jsalva numru ta’ ħut li kienu diġà mejta.
Fil-filmat, li ttieħed fit-Tajwan, jidher golden retriever li b'imnieħru beda jwaddab l-ilma fuq il-ħut biex jipprova jerġa’ jagħtihom il-ħajja.
Hekk kif il-kelb kien se jaqta' qalbu, waħda mill-ħutiet fetħet ftit ħalqha. Sadanittant, il-kelb kien laħaq mar jipprova jagħti l-ħajja lil ħuta oħra.
Il-povru kelb ma setax jifhem għalfejn minkejja l-isforzi kollha, il-ħut baqa’ ma ċċaqqlaqx.
M’għandniex xi ngħidu, mhux ftit kienu dawk li ggustaw lill-kelb filwaqt li wħud fuq Facebook qalu li jkun aħjar kieku l-bnedmin kollha għandhom il-qalb ta' dan il-kelb.