Filmat: Kelb isalva lil sidu mill-‘għarqa’

Filmat li ttella’ fuq YouTube fl-aħħar ġimgħa juri kelb li flimkien ma’ sidu waqaf qrib għadira fir-Russja.
Sid il-kelb ipprova jara x’jagħmel il-kelb jekk jaqbeż fl-għadira u ma jiċċaqlaqx.
Għalhekk qabeż fl-għadira u għaddas rasu kompletament. Kien wara ħames sekondi li meta ma ra l-ebda sinjal ta’ movement, il-kelb qabeż fl-ilma biex isalva lil sidu. Beda jipprova jiġbdu biex itellgħu fuq l-art.
F’temp ta’ ġimgħa, dan il-filmat diġà rawh miljun u 700,000 darba.