Filmat: Jilmħu kelb il-baħar fiż-Żurrieq

kelb il-baħar

Read in English.

Filmat imxerred fuq il-midja soċjali juri kelb il-baħar fl-ibħra bejn iż-Żurrieq u Filfla.

Il-filmat ittieħed minn raġel fuq jet ski li deher ħerqan bl-inkontru tiegħu u baqa’ fil-viċinanzi tal-kelb il-baħar.

Jidher li dan il-kelb il-baħar huwa tat-tip Ħuta Kaħla, li hi speċi rari.

Dan wara li din il-ġimgħa, midja internazzjonali rrappurtat kelb il-baħar abjad rari fil-Baħar Mediterran, viċin ta’ Spanja.

Avistamiento histórico de TIBURÓN BLANCO EN AGUAS BALEARES!Esta mañana del jueves 28 de junio de 2018 a las 10 horas,…

Posted by Alnitak – Conservation in Action on Thursday, June 28, 2018