Il-futur jidher sabiħ għall-“għarajjes ċkejknin” Kaya Gouder Curmi u Ike Mizzi, li wara li ġibdu s-simpatija tal-Maltin u l-Għawdxin waqt il-Malta’s Got Talent, issa spiċċaw wkoll fuq il-YouTube Channel tal-Got Talent Global.
Ilbieraħ fuq dan iċ-channel ittellgħet il-worja tagħhom mis-semifinali fejn interpretaw il-kanzunetta Frozen. Il-kummenti u l-ammirazzjoni tal-udjenza barrannija ma naqsitx.
Iżda din ma kienitx l-ewwel darba tagħhom li huma għamluha fuq il-paġna tal-Got Talent. F’Novembru dawn it-tnejn ukoll spiċċaw jisirqu s-simpatija tal-udjenza barrannija meta fuq l-istess paġna ttellgħet l-ewwel wirja tagħhom.
Bla dubju li programm bħal Malta’s Got Talent qed iservi biex il-parteċipanti, jaslu jew le għall-finali, jibdew ukoll iwittu t-triq għal għarfien internazzjonali.
Nawguraw lil Kaya u lil Ike aktar suċċessi.