Filmat: ‘Kastilja’ tinbidel f’magna tal-flus għall-Karnival

Grupp ta’ madwar 10 żgħażagħ Għawdxin għamlu karru bbażat fuq il-Berġa ta’ Kastilja li għal lejl inbidlet f’magna li tipproduċi l-flus.

Il-karru sar mill-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu The All Out. Twaqqaf fl-2019. Il-karru dam xahar u nofs biex jinbena. Il-grupp interpreta wkoll xena ta’ pulizija jwaqqaf ġurnalist milli jiġbed filmati quddiem ‘Kastilja’.

Il-Karnival ta’ din is-sena ma kienx jinvolvi biss politika hekk kif għexieren ta’ kostumi u karrijiet imlew il-Belt Valletta b’ilwien differenti.

Tista’ tara filmati mill-Belt minn hawn:

Karnival Ta' Malta 2020

Posted by Carnival – National Event in Valletta, Floriana. Malta on Sunday, February 23, 2020

Kif iċċelebraw il-Karnival fil-Brażil?